Katya DeGiovanni twieldet nhar it-8 ta’ Ottubru tal-1975. Hija bint l-Ex Sindku tal-Fgura u President tal-Veterani tal-Partit Laburista Dr Anthony u Ruth DeGiovanni. Hija miżżewwġa lil Engineer Dr Kenneth Chircop u huma omm u missier ta’ Izak u Serena rispettivament.

L-ewwel involvimet ta Katya f’kampanja eletorali kien fl-1996 bħala parti mit-team ta’ Dr Karl Chircop. Katya hija ukoll l-unika kuġina tal-mibki Karl Chircop li kien membru parlamentari Laburista elett mir-Raba’ Distrett bejn l-1996 u l-2008.

Katya iggradwat b’Baċellerat fil-psikoloġija fl-1997 fejn ġiet l-ewwel fit-teżi. Hija kompliet l-istudji tagħha fl-edukazzjoni u kisbet il-warrant ta’ ghalliema fl-1998. Għalmet fi skejjel sekondarji varji u anke għamlet bosta snin tgħallem fi skejjel terzjarji. Kienet lettur, viċi-direttur u direttur l-MCAST bejn l-2002 u l-2012. Hija kompliet l-istudji tagħha fil-livell ta’ Masters fil-Psikoloġija speċjalizzata fil-qasam tax-Xogħol fl-2003. Fl-2012 hija kisbet Dottorat fejn speċjalizzat fit-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u x-xogħol.

Katya issa hija Direttur responsabbli miċ-Ċentru tal-Universita ta’ Malta li jinsab il-Kottonera u hija ’senior lecturer’ fid-Dipartiment tal-Psikoloġija. Fl-2019, Katya kienet ukoll ’Visiting Professor’ fejn għalmet il-Psikoloġija ġewwa l-Universita ta’ Padova, l-Italja.

Katya hija iċ-Ċerperson tal-Malta Psychology Profession Board fejn jingħataw warrants lil psikoloġi ġodda, kif ukoll Ċerperson tal-Board tal-Awtorita’ tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali li tissalvagwardja l-liċenzji u l-kwalita’ tad-djar li joffru kenn għall-anzjani, tfal, persuni b’dizabilita’ kif ukoll persuni oħra li huma meqjusin vulnerabbli fis-soċjeta tagħna.